Ċiru l-Kbir
| Ċiru l-Kbir | |||||
|---|---|---|---|---|---|
|
| |||||
559 "BCE" - 530 "BCE" ← Cambyses I - Cambyses II →
559 "BCE" - 530 "BCE" ← Cambyses I - Cambyses II → | |||||
| Ħajja | |||||
| Twelid |
Anshan Persia (en) | ||||
| Nazzjonalità |
Imperu tal-Akemenidi Anshan Persia (en) | ||||
| Mewt | Syr Darya, 530 "BCE" | ||||
| Post tad-dfin | Qabar ta' Ċiru l-Kbir | ||||
| Kawża tal-mewt | mewt f'battalja | ||||
| Familja | |||||
| Missier | Cambyses I | ||||
| Omm | Mandane of Media | ||||
| Konjuga/i |
Cassandane (en) Amytis (mul) Neithiyti (en) | ||||
| Ulied |
uri
| ||||
| Tribù | dinastija tal-Akemenidi | ||||
| Edukazzjoni | |||||
| Lingwi |
Persjan Antik Babiloniż Elamit | ||||
| Okkupazzjoni | |||||
| Okkupazzjoni |
sovran mexxej militari fundatur monarka | ||||
Ċiru II tal-Persja (twieled fis-600 – miet fil-530 Q.K.), magħruf l-iktar bħala Ċiru l-Kbir (bl-Ingliż: Cyrus the Great), kien il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi.[1] Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-Asja u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-istorja ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt Darius il-Kbir, li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-Ewropa u l-Grigal tal-Afrika fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant.
Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-Iran, tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K.[2] Madankollu, skont Xenophon ta' Ateni, Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-belt kapitali ta' Pasargadae.[3] Kienet x'kienet id-data ta' mewtu, is-suċċessur tiegħu kien ibnu Cambyses II, li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-Eġittu, tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu.
Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala Ċiru x-Xiħ (bil-Grieg: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, Kŷros ho Presbýteros) u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-politika abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-reliġjonijiet tal-popli fl-artijiet li ħakem.[4] B'mod simili, fil-Ġudaiżmu jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu Lhudi mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma Persjana tal-Babilonja. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-Bibbja bl-Ebrajk bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'Ġerusalemm), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' Iżrael. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija,[5] huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod.[6]
Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-dinja tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-kultura tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-Żoroastrijaniżmu u biex jinfirex saħansitra saċ-Ċina.[7][8][9] Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż.[10]

L-isem Ċiru jew Cyrus huwa forma Latinizzata li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (Kỹros), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik Kūruš. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'lingwi differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem Ċtesju u Plutarka ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-xemx (Kuros), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (Khurvash) billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", khor, filwaqt li jintuża s-suffiss -vash għal "bħal". Karl Hoffmann issuġġerixxa traduzzjoni bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd kur ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan i-gur-un ("twieled") u kur (barri żgħir). Bil-lingwa Persjana u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (Kūroš, [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala Koresh (כורש). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'Shahnameh, ġrajja epika Persjana.
Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'-uš, l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – Kuraš biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'-aš, għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu Kuraš oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal Kuruš. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali Kuraš f'Kuruš, peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, Kuraš x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li Kuruš kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-Afganistan u l-Majjistral tal-Indja li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani.
Storja dinastika
[immodifika | immodifika s-sors]Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien Achaemenes (mill-Persjan Antik Haxāmaniš). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien Teispes, li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ Ċiru I, li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes.

Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, Cambyses I, li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I.
Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka arkeoloġika u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita.
Titli
[immodifika | immodifika s-sors]It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u ta' Akkad, u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu François Vallat kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti".
Arblu tar-razza
[immodifika | immodifika s-sors]| Arblu tar-razza ta' Ċiru | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Noti:
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ħajja bikrija u personali
[immodifika | immodifika s-sors]Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K.
Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg Strabo qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae.
Mitoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]
Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-frott tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn Ecbatana biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-rgħajja ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru.
Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri bijoloġiċi tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel kannibaliżmu.
Poter
[immodifika | immodifika s-sors]Suċċessjoni għal Medija
[immodifika | immodifika s-sors]Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant.

Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K..
B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu.
Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri
[immodifika | immodifika s-sors]
Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn Sardis l-għada filgħodu.

Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-żwiemel Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel.
Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat.
Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja.
Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji Induisti ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja.
Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż
[immodifika | immodifika s-sors]
Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, Susa. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu statwi mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn Borsippa.
Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja.
Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-Sirja, il-Ġudea u l-Arabia Petraea, għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni.
Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-bniedem, l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi.
Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Narrattivi kunfliġġenti
[immodifika | immodifika s-sors]
Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-Persica tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-iljunfanti tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn L-Istorji tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-Każakistan u tal-Użbekistan moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta.
Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi.

Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq suwiċidju ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' demm f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew.
Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir Max Mallowan jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
Muhammad Dandamayev jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu.
Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 W.K.), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud.
Rakkont ieħor miċ-Ċiropedija ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya.
Post tad-dfin
[immodifika | immodifika s-sors]
Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-ġebla tal-ġir (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' Alessandru Manju żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir.
Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm ġeometrikament kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha.
Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara.
Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab Darius III, xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-Ċiropedija ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra.
Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet Mohammad Reza Pahlavi (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-Nazzjonijiet Uniti jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Legat
[immodifika | immodifika s-sors]Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent
[immodifika | immodifika s-sors]
L-istoriku Brittaniku Charles Freeman jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom Thomas Jefferson, Mohammad Reza Pahlavi u David Ben-Gurion.
Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ".
Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ.
Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2)
Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu.
Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-filosofija, tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani.
Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi.
Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-Ċiropedija ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa.
Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-Iżlanda u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-Rinaxximent u tal-Illuminiżmu, u l-missirijiet tal-Istati Uniti tal-Amerka ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-Ċiropedija. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-Ċiropedija, waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti.
Skont il-Professur Richard Nelson Frye, Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'Ruma jew Mosè għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa".
It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, Ġulju Ċesri u Thomas Jefferson.
Amministrazzjoni u politika
[immodifika | immodifika s-sors]Sistema tas-satrapiji
[immodifika | immodifika s-sors]Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi ġeografika. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali.
Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir.
Strateġija militari
[immodifika | immodifika s-sors]L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew.
Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi.
Proġetti infrastrutturali
[immodifika | immodifika s-sors]
Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn.
Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh.
Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-tabib u l-filosfu Ingliż Sir Thomas Browne kiteb diskors imsejjaħ Il-Ġnien ta' Ċiru, li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne.
"Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu".
Denominazzjoni tal-muniti
[immodifika | immodifika s-sors]
L-użu tal-isem Kuruş bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 Kūruš), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-iljun u l-barri, iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar.
Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Ċilindru ta' Ċiru
[immodifika | immodifika s-sors]
Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-Mużew Brittaniku f'Londra.
It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali.
Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran.
In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien Sithu U Thant, wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu.
Neil MacGregor, id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta".
Reliġjon u filosofija
[immodifika | immodifika s-sors]Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi
[immodifika | immodifika s-sors]
L-Iranologu Franċiż Pierre Briant kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu.
Tolleranza u libertà tar-reliġjon
[immodifika | immodifika s-sors]Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan Lester Grabbe). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom.
Fidi personali u prattiki ta' Ċiru
[immodifika | immodifika s-sors]L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-Ċiropedija ta' Xenophon, minn L-Istorji ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa.
Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn Uruk tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn Ur issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra.
Liberazzjoni tal-poplu Lhudi
[immodifika | immodifika s-sors]It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż Nebuchadnezzar II qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-Testment il-Qadim). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5).
Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-injam. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-pożati tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid Alla li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-Dewtero-Iżaija) żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-Antikitajiet tal-Lhud, il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I.
Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24).

In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. Philip R. Davies sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali".
Allużjoni teorika fl-iskrittura Iżlamika
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-seklu 19, għadd ta' studjużi Musulmani Indjani prominenti bdew joħorġu b'teoriji li Ċiru l-Kbir huwa l-individwu msemmi fil-Koran bħala Dhu al-Qarnayn, li jiġi deskritt bħala wieħed li jivvjaġġa lejn il-Punent u lejn il-Lvant (lejn il-"postijiet fejn tinżel u titla' x-xemx") u jtella' barriera kbira li tissepara poplu mħasseb minn "Ya'juj u Ma'juj" għall-ħlas ta' tribut, u din il-barriera donnha kienet destinata li żżommhom issiġillati sal-ħelsien tagħhom li jservi bħala sinjal ta' tmiem id-dinja u Jum il-Ħaqq. Din it-teorija ġiet promossa għall-ewwel darba minn Syed Ahmad Khan (1817–1898) u mbagħad minn Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), u sussegwentement iġġenerat aċċettazzjoni usa' fost xi komunitajiet Musulmani matul is-snin.
Din it-teorija ġiet proposta fl-1855 mill-filologu Ġermaniż Gustav Moritz Redslob, iżda fil-biċċa l-kbira ma ntlaqgħetx fid-dinja tal-Punent. Il-maġġoranza tal-istudjużi tal-Punent tar-reliġjon minflok appoġġaw teoriji iktar popolari fil-mitoloġija Iżlamika tradizzjonali li jidentifikaw lil Dhu al-Qarnayn jew bħala r-re Grieg Alessandru Manju jew ċertu re Għarbi pre-Iżlamiku.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Schmitt, Rüdiger (1983). "Achaemenid dynasty". Encyclopaedia Iranica. Vol. 3. Londra: Routledge.
- ↑ Beckwith, Christopher I. (2009). Empires of the Silk Road. Princeton University Press. p. 63. ISBN 978-0-691-13589-2.
- ↑ Bassett, Sherylee R. (1999). "The Death of Cyrus the Younger". The Classical Quarterly. 49 (2): 473–483. doi:10.1093/cq/49.2.473. ISSN 0009-8388. JSTOR 639872. PMID 16437854.
- ↑ Dandamayev, Muhammad A. (1993). "Cyrus iii. Cyrus II The Great". Encyclopaedia Iranica, Vol. IV, Fasc. 7. pp. 516–521.
- ↑ Lendering, Jona. "Messiah (4): From Josiah to Cyrus". www.livius.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-13. Miġbur 2026-06-30.
- ↑ The Biblical Archaeology Society. "Cyrus the Messiah | The BAS Library". members.bib-arch.org (bl-Ingliż). Miġbur 2026-06-30.
- ↑ Curtis, Vesta Sarkhosh; Stewart, Sarah (2005). Birth of the Persian Empire. I. B. Tauris. p. 7. ISBN 978-1-84511-062-8.
- ↑ Kuhrt, Amelie (3 December 2007). The Persian Empire: A Corpus of Sources from the Achaemenid Period. Routledge. p. 47. ISBN 978-1-134-07634-5.
- ↑ Holliday, Shabnam J. (2011). Defining Iran: Politics of Resistance. Ashgate. pp. 38–40. ISBN 978-1-4094-0524-5.
- ↑ Llewellyn-Jones, Lloyd (2017). "The Achaemenid Empire". In Daryaee, Touraj (ed.). King of the Seven Climes: A History of the Ancient Iranian World (3000 BC – 651 CE). UCI Jordan Center for Persian Studies. p. 67. ISBN 978-0-692-86440-1.
